"J’Alla Tkompli Tara L-Ħolm Tiegħek Isir Realtà U Tibqa’ Ssib Il-Kuntentizza U Fuq Kollox Is-Saħħa" – L-MP Robert Cutajar Lil Ibnu

Illum qed jiċċelebra għeluq sninu, wieħed mit-tfal tal-Membru Parlamentari Robert Cutajar. Andy hu wieħed mit-tliet aħwa, lil oħtu ż-żgħira nafuha f’Malta’s Got Talent fejn ħadet il-famuż Golden Buzzer ta’ Maxine filwaqt li ħuh huwa ġurnalist u preżentatur fuq Net TV.

F’dan il-jum speċjali, Robert ħalla messaġġ lil ibnu sabiex jawguralu f’għeluq sninu. Hu kitiblu, “Għażiż Andy, nawguralek l-isbaħ xewqat mhux biss illum f’għeluq sninek iżda wkoll matul is-sena kollha. J’Alla tkompli tara l-ħolm tiegħek isir realtà u tibqa’ ssib il-kuntentizza u fuq kollox is- saħħa. Inħobbuk ħafna.”

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, ningħaqdu ma’ Andy sabiex nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali u nittamaw li jkollu sena mimlija saħħa, hena u kuntentizza.





Facebook / Robert Cutajar



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI