Jacob Cachia Jinzerta Lill-Persuna Li Salvatlu Ħajtu Wara Ħafna Snin Ma Jaraw Lil Xulxin

Jacob Cachia huwa ġuvni tassew reżiljenti li meta kien għadu ġuvni kellu bżonn jagħmel ħafna operazzjonijiet f’moħħu biex ma jitlifx ħajtu. Illum hu juża l-istorja tiegħu biex jagħti l-kuraġġ lil kull min ikun għaddej minn żminijiet diffiċli.

Ilbieraħ Jacob kiteb dwar xi ħaġa li ġabitlu ħafna ferħ. Hu spjega, “Kemm hi xi ħaġa sabiħa li tinzerta l-persuna li salvatlek ħajtek wara ħafna snin ma tarawx lil xulxin!!”

Hu ppubblika ritratt tagħhom flimkien, u t-tbissima fuq fommu turi l-apprezzament li għadu f’qalbu sal-lum lejn din il-mara li bis-saħħa tagħha hu qiegħed hawn illum.

Ommu Sarah Cachia kkummentat “Dejjem se nibqa’ grata għal Jasmina, l-omm li salvat it-tifel tiegħi.”

X’mument sabiħ dan! Żgur li se jkun mument li jibqa’ mnaqqax f’qalbhom għal dejjem!





Facebook / Jacob Cachia



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI