Jaf Jiħraxu L-Penali Għal Min Jikser Ir-Regolamenti Tas-Sewqan – Taqblu?

Fid-dawl taż-żieda f’inċidenti tat-traffiku fit-toroq Maltin, f’intervista dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li qed tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li jiħraxu l-penali għal dawk li jiksru r-regolamenti tas-sewqan.

“Naħseb li hemm lok ta’ reviżjoni sew fejn jidħlu dawn il-penali,” saħaq il-Prim Ministru fejn semma wkoll li bit-tir li jitnaqqsu l-inċidenti fit-toroq Maltin se tkun qed ukoll tkompli tiżdied fil-ġimgħat li ġejjin il-preżenza tal-uffiċjali tal-liġi.

Il-Prim Ministru semma wkoll li kull sewwieq għandu jżomm f’moħħu li meta jkun qed isuq vettura jkollu responsabbiltà kbira u saħaq li ħadd m’għandu jsuq taħt l-influwenza tax-xorb jew tad-droga.





Intom x’taħsbu dwar dan?

Ritratti: Facebook / LESA u MU Health



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI