Ilbieraħ l-għawwiem Malti Neil Agius għalaq 39 sena. Neil kemm-il darba għamel unur lil pajjiżna bir-rekords dinjija li kiser.
Fil-fatt, lura f’Settembru tal-2024, hu kiser rekord tal-itwal għawma mhux assistita fl-oċean meta għam total ta’ 142.3km madwar il-gżejjer Maltin. Filwaqt li kien qed jikser dan ir-rekord, l-għawwiem Malti ra l-appoġġ tal-poplu Malti b’uħud anke kienu pronti marru jilqgħuh f’Għajn Lapsi meta temm l-għawma storika tiegħu.
Neil kellu wkoll l-opportunità li jipparteċipa fl-Olimpjadi lura fl-2004 fil-Greċja.
“Dan l-aħħar qed naħseb ħafna dwar x’nista’ nibdel fija nnifsi issa li se niċċelebra sena oħra,” saħaq l-għawwiem fuq il-mezzi soċjali lejliet għeluq sninu.
View this post on Instagram
Awguri, Neil!
Ritratti: Times of Malta