“Jalla L-Ħajja Ġġiblek Avventuri Bla Tarf U L-Affarijiet Kollha Mill-Isbaħ Li Għandha X'toffri.” – Joanne, Omm Gaia Tawguralha F’Għeluq Sninha!

Gaia, il-kantanta li lura fl-2013 kienet irnexxielha tirbaħ għall-ewwel darba il-Junior Eurovision Song Contest f’isem Malta. Il-kantanta li rajnieha tikber quddiem għajnejna u timxi minn avventura għall-oħra. F’dan il-jum għażiż il-ġenituri tagħha jawgurawlha fuq il-mezzi soċjali.





Ommha Joanne tiktbilha, “Għażiaż Gaia, nawguralek f’għeluq it-22 sena mimlija ferħ. Jalla l-ħajja ġġiblek avventuri bla tarf u l-affarijiet kollha mill-isbaħ li għandha x’toffri. B’ħafna mħabba dejjem, ommok.”



Missierha Clyde jikteb, “U f’daqqa t-tarbija ċkejkna tiegħi nbidlet fi prinċipessa ta’ 22 sena. Inħobbok minn qalbi pupa. Dejjem issibni warajk irrispettivament kemm ikollok żmien sal-aħħar nifs tiegħi. Ibqa’ rawwem il-karattru qawwi tiegħek u qatt ma taċċetta inqas. Awguri f’għeluq sninek.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mill-isbaħ mimli b’dak kollu li tixtieq qalbha! Awguri Gaia!

Facebook / Gaia Cauchi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI