Bħalissa qed jiġu żvelati dawk l-artisti bravissimi li ser ikunu preżenti bħala mistiedna speċjali fis-serati tal-finali u s-semifinali tal-Malta Eurovision Song Contest li ser isiru l-ġimgħa d-dieħla.
Jamie Cardona għadu kemm ġie żvelat bħala mistieden speċjali għas-semifinali tal-15 ta’ Jannar jiġifieri ta’ nhar il-Ħamis li ġej. Scream Daisy ġew imħabbra bħala mistiedna speċjali għall-finali tas-Sibt fejn ser ikunu qed jingħaqdu ma’ Miriana Conte kif ukoll ma’ bosta artisti bravissimi.
Bħal għada ġimgħa ser inkunu nafu min hu s-suċċessur ta’ Miriana Conte u min ser ikun qed ixejjer il-bandiera Maltija fi Vjenna f’Mejju li ġej!
Nistennew u naraw!