"Jasal Ukoll Fi Tmiemu L-Karattru Ta' Adam Fis-Serje Ħbieb U Għedewwa…" – Clayton Pace

Il-karattru ta’ Adam żgur li tafuh sew mis-serje Ħbieb u Għedewwa. Clayton Pace, l-attur wara dan il-karattru ħalla messaġġ mill-isbaħ, “Bħal kollox fil-ħajja, kull bidu għandu t-tmiem tiegħu…u jasal ukoll fi tmiemu l-karattru ta’ Adam fis-serje Ħbieb u Għedewwa. Nixtieq minn qalbi nirringrazzja lir-Rewind Productions talli għoġobhom jafdawli karattru ieħor, u aktar minn hekk li afdawli x-xogħol tad-direzzjoni f’uħud mix-xeni f’dan l-istess serje.”



Clayton ikompli jgħid, “Grazzi wkoll lilkom l-udjenza li dejjem kontu hemm biex taddulna l-kummenti sbieħ tagħkom, kummenti li kienu ta’ motivazzjoni għalina. Jiddispjaċini li wħud mit-telespettaturi ma setgħux isegwu l-aħħar episodji ta’ Ħbieb u Għedewwa wara li dan beda jixxandar fuq stazzjon ieħor.



M’għandix dubju li l-produzzjoni ħadet l-ahjar deċizzjoni li setat tieħu fil-mument.” Hu jkompli jgħid, “Ma nistax inħalli barra lil sħabi l-atturi. Minn hawn ngħidilkom grazzi tal-mumenti sbieħ li għaddejna flimkien. Magħhom inżid in-nies kollha ta’ wara l-camera, li minn żmien għall-ieħor tispiċċa qisek familja waħda.

Hu jagħlaq billi jinkina ftit, “Minn naħa tiegħi terġgħu tarawni minn Ottubru li ġej bi proġett ieħor. Sadanittant, saħħa!”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI