"Ħadet Gost Waqt Kull Mument" – Jasmine Tirkeb Żiemel Bħala Forma Ta' Terapija Jgħidulha 'Hippoterapija'

Fuq il-paġna ‘Jasmine’s Journey’ inkiteb paragrafu dwar terapija ġdida li bħalissa qed issegwi Jasmine biex ittejjeb saħħitha.

Ġie miktub, “Hippoterapija! Jas vera tieħu pjaċir tirkeb iż-żwiemel. Waqt l-aħħar żjara tagħna bdejna fuq Bubbles iż-żiemel żgħir, u dehret li vera ħadet gost. Illum pruvajna Fred iż-żiemel. Ma konniex ċerti kif se tħossha daqshekk fl-għoli imma ħadet gost waqt kull mument! Il-ħaddiema u l-voluntiera huma sempliċiment l-aqwa – qalbhom tajba u ħelwin u jagħmlu s-sessjoni iżjed speċjali.”

Huma spjegaw kif din it-terapija qiegħda biex Jasmine ittejjeb is-saħħa ta’ ġisimha u l-koordinazzjoni tagħha, kif ukoll il-kontroll fuq rasha. 

Tidher wisq ħelwa u ferħana tirkeb iż-żiemel. Hija xi ħaġa verament speċjali li rnexxielha ssib forma ta’ terapija li mhux biss tgħin saħħitha iżda tieħu gost tagħmilha!

>

Instagram u Facebook / Jasmine’s Journey







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI