Jean Luca Caruana Jibda L-Isfida Li Jdur Bir-Rota Madwar Il-Kosta Kollha Ta’ Malta Għal Darbtejn

Jean Luca Caruana aktar kmieni llum beda l-isfida tiegħu li jdur bir-rota madwar il-kosta kollha ta’ Malta għal darbtejn, li jiġu madwar 260km. Dan il-vjaġġ, li huwa b’appoġġ għall-Malta Community Chest Fund Foundation, imsejjaħ ‘Għinni Ngħin’ huwa tribut lil missier Jean Luca, John Caruana, li sfortunatament ħalliena wara li tilef il-battalja tiegħu mal-kanċer.

Din hija t-tielet sena li Caruana qed jagħmel dan, madankollu l-isfida ta’ din is-sena hija l-aktar waħda fiżikament impenjattiva. Dawk li jafu lil Jean Luca, jafuh bħala persuna reżiljenti u kuraġġuża ħafna, u li l-ebda ostaklu mhu se jfixklu.

Din l-isfida se tiġbor fondi li se jmorru direttament għall-Malta Community Chest Fund Foundation li tappoġġja pazjenti bil-kanċer u oħrajn li jeħtieġu trattamenti.

Jekk tixtieq tagħti donazzjoni, jekk jogħġbok agħmel dan fuq Revolut: 79961003 jew BOV App/My APS fuq 79359565.







Ritratti:

Facebook / Jean Luca Caruana

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI