“Jekk Kellkom Xi Dubju Hux Minn Dejjem Inħobb Il-Palk, Din Jien Ta’ 9 Snin” – Eileen Montesin 

Eileen Montesin qasmet mas-segwaċi tagħha memorja mill-isbaħ minn tfulitha, li turi li l-imħabba tagħha lejn il-palk bdiet minn ta' età żgħira ħafna.

Eileen tellgħet ritratt antik tagħha ta’ meta kellha biss disa’ snin, waqt it-tieġ taz-ziju Twan u z-zija Doris. Kien proprju dakinhar li telgħet tkanta quddiem il-mistednin għall-ewwel darba f’ħajjitha.“Il-kanzunetta li kienet għażlet kienet Come What May,” stqarret Eileen. Din l-esperjenza tidher li kienet waħda mill-ewwel passi tagħha fid-dinja tal-ispettaklu. 

“Jekk kellkom xi dubju hux minn dejjem inħobb il-palk, din hija jien ta’ 9 snin,” żiedet tgħid Eileen.  Ħafna mis-segwaċi tagħha ikkumentawla hekk kif qanqlet diversi mumenti nostalġiċi permezz ta’ dan ir-ritratt.

Ritratti:

Fb/ Eileen Montesin

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI