“Jgħatti L-Vettura Biex Jiffranka Ftit Sħana U Xemx Diretta … Jeħel Ċitazzjoni” – Malta, News, Photos And People

Permezz ta’ kitba fuq il-paġa tagħhom, Malta, News, Photos and People qasmu mas-segwaċi tagħhom esperjenza ta’ persuna. Persuna għatta l-vettura tiegħu b’liżar, u spiċċa weħel ċitazzjoni.

Huma qalu, “Araw ftit … f’din is-sħana jgħatti l-vettura biex jiffranka ftit sħana u xemx diretta. Jeħel ċitazzjoni.”

Kienu bosta li semmgħu leħinhom permezz tal-kummenti fuq l-istess kitba, fejn persuna partikolari qalet, “Ma nistax nemmen x’qalb għandu dan il-warden jew sejħulu li tridu, biex jagħti ċitazzjoni lill- persuna li jaf l-anqas għandha paga biex tlaħħaq sal-aħħar tax-xahar fuq xi ħaġa bħal din. mhux kemm tgħolli żewġ ċentimetri l-liżar jekk trid tara l-liċenzja? Possibbli biċċa xogħol kbira biex tgħolli ftit liżar? X’ma joffendukomx! Iċ-ċuċata hi, li ma’ xi wieħed bħal dan il-warden jeħlu sħabu kollha.”

Persuna oħra qalet, “Jien nasal biex nagħmel distinzjoni bejn qżies u nuqqas ta’ ħsieb bħal fil-kas imsemmi. Hemm differenza kbira!”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI