Bosta individwi qed jitimgħu lill-annimali tagħhom barra mingħajr ma jnaddfu u qed tiġi kkawżata żieda fenomenali ta' speċi perikoluż magħruf bħala Oriental hornet jew Bagħal taż-żunżan.
Dan hu insett li jagħti x-xewka u t-tingiża tiegħu hi tant perikoluża li wieħed għandu jfittex trattament mediku minnufih jekk jiitniggeż aktar minn darba. Ikkonferma dan fuq Television Malta is-Sur Sciberras hekk kif appella li min jitma' l-annimali barra jeħtieġ li jnaddaf minħabba li l-ikel tal-qtates ngħidu aħna "qed iservi ta' għalf għall-bagħal taż-żunżan".
Jekk tilmaħ dan l-insett int għandek iżżomm 'il bogħod. Jekk tara xi bejta int għandek immedjatament tinforma lil tas-sanità.
ARA aktar f'dan il-filmat HAWN
Newsbook