Jiċċelebra Għeluq Sninu L-Kantawtur Lokali Dario Bezzina Li Din Is-Sena Saħħarna Bil-Kanzunetta Għażliet Fil-Malta Eurovision Song Contest

Illum, il-kantawtur lokali Dario Bezzina, jiċċelebra għeluq sninu. Dawk li jsegwu x-xena mużikali lokali, żgur li jafu min hu Dario iżda dawk li forsi ma tantx kienu familjari ma’ ismu t-talent tiegħu kellhom iċ-ċans li jiskopru aktar min hu Dario grazzi għall-edizzjoni tal-Malta Eurovision Song Contest ta’ din is-sena.





Dario flimkien ma’ Żeppi l-Muni preżenta s-silta Għażliet, li inkorporat l-għana flimkien ma’ ħoss modern. Kreazzjoni ta’ Philip Vella. Il-kanzunetta li kienet kollha bil-lingwa Maltija saħħret lill-Maltin u lill-barranin għall-awtentiċità tagħha, hekk kif ħalltu l-elementi tradizzjonali ma’ dawk lokali.



Is-sena li għaddiet lil Dario rajnieh jikseb it-tielet post bil-kanzunetta Fissidni li kellha kliem u mużika tiegħu stess, kif ukoll rajnieh jippreżenta s-silta Ħolma ta’ Mument fil-festival popolari ta’ Mużika Mużika, kanzunetta li kellha kliem ta’ Joe Julian Farrugia u mużika ta’ Philip Vella.

F’dan il-jum għażiż, nawguraw lil Dario l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mimli b’dak kollu li tixtieq qalbu. Nittamaw li jkollu sena mimlija, saħħa, mħabba u suċċessi. Awguri illum u dejjem!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI