Proprju llum, f'Santa Marija jiċċelebra għeluq sninu l-kompożitur u produttur tal-mużika Cyprian Cassar. Cyprian kien parti mid-duo Tenisha li kienu kisbu tant u tant suċċessi u daru madwar id-dinja jdoqqu fl-akbar spettakli. Id-duo kienu wkoll daħlu fost l-aqwa 100 DJ fid-dinja.
Illum il-ġurnata, Cyprian iddeċieda li jiffoka fuq l-istudio tiegħu, jipproduċi materjal oriġinali kif ukoll jikkomponi. Hu jaħdem ma' kantanti emerġenti u wkoll dawk stabbiliti f'pajjiżna, infatti rajna xogħol tiegħu ma' kantanti bħal Fabrizio Faniello, Franklin, Janice Mangion, Richard Edwards, Ela Mangion, Mirana Conte u Rhiannon fost oħrajn.
Aħna ddeċidejna li nixħtu erba' filmati ta' kanzunetti li kisbu suċċess li fihom kienu involtu Cyprian b'xi mod jew ieħor.
Il-kanzunetta li rrapreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision tal-2018 - Marchin' On ta' Ela Mangion li kellha produzzjoni u kompożizzjoni ta' Cyprian Cassar.
Il-kanzunetta Song For Dad li kellha kompożizzjoni u produzzjoni ta' Cyprian li ħadem fuqha flimkien mal-istess Richard Edwards.
Il-kanzunetta Kewkba ta' Janice Mangion li spiċċat fit-tieni post tal-Malta Eurovision tal-2017, li kellha produzzjoni ta' Cyprian Cassar.
Il-kanzunetta Little Love ta' Franklin li spiċċat fit-tielet post tal-Malta Eurovision tal-2016 li kellha kompożizzjoni u produzzjoni tiegħu wkoll.
F'isem Gwida.mt nifirħu lil Cyprian f'dan il-jum u nawgurawlu aktar u aktar suċċessi, nieħdu gost nisimgħu mużika b'saħħitha minn taħt idejh.
Facebook / Cyprian Cassar