Illum jagħlaq sninu l-preżentatur u DJ lokali maħbub Pierre Cordina. Ma nistgħux ninsew il-mument ħelu ta' sena ilu meta għall-okkażjoni ttella' filmat fejn iċ-ċkejkna bintu kantatlu Happy Birthday live fuq ir-radju.
Pierre huwa magħruf bħala preżentatur segwit minn ħafna fuq ir-radju, u ġieli anke rajnieh bħala attur fuq it-televiżjoni, fosthom Dejjem Tiegħek Becky. Lil Pierre narawh iqajjem l-atmosfera u joħloq id-divertiment bħala DJ, fejn idoqq diversi kanzunetti maħbuba mill-pubbliku waqt diversi okkażjonijiet.
Awguri mill-qalb għażiż Pierre! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!