"Jidher Li Ċertu Mistiedna Jixtiequ Jippreżentaw Floku" – XOW Bi Stqarrija Pubblika

Kollox jinsab lest għal XOW ieħor li ser jixxandar għada l-Ġimgħa fuq TVM. Din id-darba t-tim ta’ XOW xtaq li jaqsam stqarrija pubblika rigward dak li hu mistenni għal għada.





“Il-Programm t’għada hu mmexxi minn ħadd ħlief Ron Briffa… Jidher li ċertu mistiedna jixtiequ jippreżentaw floku. Imma ser jirnexxielhom?… Żomm fejn hu Ron, f’dan ir-ritratt?… Għandna l-problemi! Għada l-Ġimgħa, Ron jew Gabriel se jippreżentaw XOW ma’ Jacqui… Issa naraw! Li nafu hu… ser ikun XOW tal-ġenn!”

Ir-ritratt li qed jirreferu għalih juri lil waħda mill-mistiedna, l-attriċi Kim Dalli, u r-resident tal-ewwel staġun ta’ Big Brother Malta, Gabriel. Flimkien magħhom fuq XOW ħa jkun hemm Karl Bonnici ta’ Big Brother, Bryn Manning, u Demaris.

Titilfuhx!



Facebook/ XOW

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI