Il-paġna lokali Eurovision Fans Malta qalet li sorsi qrib id-delegazzjoni Maltija jiddikjaraw li PBS għadu qed jistenna konferma mingħand l-EBU rigward il-bidliet proposti għall-parteċipazzjoni Maltija f’Basel 2025.
Il-verżjoni proposta ġiet sottomessa sas-10 ta’ Marzu, iżda għadha qed tiġi eżaminata mill-grupp ta’ referenza tal-EBU.
L-istess paġna tgħid li barra minn hekk, jidher li t-titlu l-ġdid jista’ jinbidel għal Serving. Biex jiġi żgurat li l-kelma Kant ma tinstemax imkien waqt ix-xows diretti, lanqas mill-partitarji, taf jasal il-punt li ll-arena f’Basel ma jkollha l-ebda ħoss miftuħ tal-pubbliku u minflok jindaqq għajjat u applaws irrekordjati minn qabel.
X’taħsbu dwar dan?
Facebook / Miriana Conte