“Jien Kburija Bil-Persuna Li Sirt, U Grata Għall-Ħajja Li Għandi” – Gillian Attard F’Għeluq Sninha

Illum tiċċelebra għeluq sninha l-għalliem tal-kanta u direttriċi fi ħdan La Voix Studios Gillian Attard. Ħafna żgur li jiftakru lil Gillian għall-kanzunetta popolari tagħha L-Inkwatru Tal-Madonna. Kanzunetta li jgħaddi kemm jgħaddi żmien fuqha, tibqa’ popolari u tibqa’ tindaqq fuq l-istazzjonijiet tar-radji lokali.





Fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, Gillian ilbieraħ ħalliet messaġġ waqt li qasmet kejk t’għeluq sninha. Hi kitbet, “Jien ħa nibda ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ għeluq snini jum kmieni. Kienet triq twila (tistaqsux kemm), imma jien kburija bil-persuna li sirt, u grata għall-ħajja li għandi. Kull jum huwa barka, iżda din il-ġurnata hija extra-speċjali. Inħobbkom ilkoll.”

Nittamaw li jkollha jum mill-isbaħ imdawra b’dawk l-aktar għeżież għaliha. Jidher li binha Beppe ħejjilha sorpriża ħelwa! Araw hawn taħt!!



Facebook / Gillian Attard

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI