“Jien Ser Nieħu L-Vaċċin” – L-Għaqda Każin Banda San Filep B’Filmat Mill-Isbaħ

Minħabba l-pandemija tal-Coronavirus, il-festi s-sena l-oħra kellhom jitħassru u kulħadd ħass in-nuqqas tagħhom.

L-Għaqda Każin Banda San Filep għaddew messaġġ sabiħ fuq il-paġna tagħhom, fejn midħla ta’ dan il-każin qalu li ser ikunu qed jieħdu l-vaċċin sabiex kollox jiġi għan-normal u jerġgħu jitgawdu l-festi.

Il-President inaqgħad mal-membri li ta’ dan il-każin u qal li b’dan il-vaċċin ser inkunu qed nipproteġu s-settur tal-volontarjat. Dan jinkludi dawk in-nies li jaħdmu bi ħġarhom għall-festa tar-raħal tagħhom, għaliex dawn huma kollha volontiera li jaħdmu għaliex iħobbu s-soċjetà u l-festa tar-raħal.





Bis-saħħa tal-vaċċin, il-festi ser ikunu jistgħu jerġgħu jsiru meta jkun il-waqt u nkunu nistgħu ngawdu l-marċi, in-nar u dak kollu li jseħħ fil-festi Maltin.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI