Illum tiċċelebra għeluq sninha l-artista lokali Ira Losco. Xi ftit jiem ilu, Ira tefgħet riflessjoni qasira proprju dwar dan. Sabiħ li f’għeluq sninek mhux biex tiċċelebra iżda wkoll tirrifletti ftit dwar dak li għandek tkun grat għalih.
Hi kitbet, “Ix-xahar t’għeluq snini – Lulju – hekk kif joqrob għeluq snini, qatt ma nħoss xi eċitament jew għandi xi stennijiet. Jien verament kuntent li rnexxieli ngħaddi sena oħra ta’ sfidi li għamilt għalija nnifsi u esperjenzi sbieħ li stajt naqsam man-nies li nħobb l-aktar.”
Ira żżid tgħid, “Inħossni grata għax il-ħajja qasira wisq biex ma tkunx. Nibgħat l-imħabba lil sħabi li huma LEO kollha. Liema karatteristika ta’ LEO inti ‘ħati’ għaliha?”
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Ira l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mimli b’dak li tixtieq qalbha u sena mimlija saħħa, hena u esperjenzi ġodda. Awguri!
View this post on Instagram
Facebook / Ira Losco