Il-Life Network Foundation esprimiet it-tħassib tagħha fuq il-midja soċjali dwar proċess li qed iseħħ bħalissa sabiex nisa Ewropej li jixtiequ jagħmlu l-abort iżda ma jistgħux għaliex dan huwa ristrett f’pajjiżhom, ikunu jistgħu jagħmluh xorta waħda. Dan hekk kif se jkunu qiegħdin jingħataw il-fondi sabiex jagħmlu f’pajjiż ieħor fejn l-abort m’huwiex ristrett.
Fl-isfond ta’ dan huma ħeġġew lill-pubbliku sabiex jiffirmaw petizzjoni li tnediet f’diversi pajjiżi differenti li qed titlob appuntu sabiex jitwaqqaf dan l-aċċess li mistenni jingħata lin-nisa li jgħixu f’pajjiżi bħal Malta fejn l-abort huwa ristrett.
Matul dawn l-aħħar xhur dan il-proċess li qed jaspira li jagħti aċċess għall-abort qanqal kontroversja sħiħa fosthom f’pajjiżna. Dan hekk kif dawk li huma favur l-abort faħħru bis-sħiħ din id-deċiżjoni filwaqt li dawk li huma kontra sostnew li dan l-aċċess għall-abort m’għandux jitħalla jiddaħħal.
@life.network.foun GĦID LE GĦAT-TURIŻMU TAL-ABORT Bħalissa hemm proposta quddiem il-Parlament Ewropew biex jiġu pprovduti fondi għall-abort f’pajjiżi fejn dan mhux legali jew huwa limitat. Dan ifisser indħil mill-Ewropa kontra s-sovranità tal-pajjiżi membri, fejn kull pajjiż għandu d-dritt jiddeċiedi dwar dawn is-suġġetti delikati. F’Malta, il-ħajja tat-tarbija fil-ġuf hija protetta. Semma’ leħnek. Għid le għat-turiżmu tal-abort mill-fondi Ewropej. Hemm modi oħra kif jistgħu jiġu megħjuna n-nisa u t-trabi tagħhom. Iffirma issa noabortiontourism.eu F’każ ta’ diffikultà, ċempel 20330023 jew 77115433 ____________________ SAY NO TO ABORTION TOURISM There is currently a proposal before the European Parliament to provide funding for abortion in countries where it is not legal or is restricted. This means interference from Europe against the sovereignty of Member States, where each country has the right to decide on these sensitive issues. In Malta, the life of the unborn child is protected. Make your voice heard. Say no to abortion tourism funded by European funds. There are other ways to support women and their babies. Sign now noabortiontourism.eu In case of difficulty, call 20330023 or 77115433
♬ original sound – life network foundation malta
Pexels