Jiġi Nieqes Fredu Borg – Residenti Għal 45 Sena Ġewwa D-Dar Tal-Providenza

Bosta jinsabu mnikktin bit-telfa ta’ Fredu Borg, l-anzjan li kien ilu aktar minn 40 sena residenti ġewwa d-Dar Tal-Providenza. 

Fuq il-paġna uffiċjali, sellmu l-memorja tiegħu. Ifakkru mument speċjali għall-mibki Fredu meta ltaqa’ mal-Papa Franġisku. “Hu kellu x-xorti jkun mistieden biex jattendi flimkien ma’ residenta oħra tad-Dar għall-inawgurazzjoni tal-Pontifikat tal-Papa Franġisku. Hu ltaqa’ miegħu personalment waqt udjenza privata fl-okkażjoni ta’ għeluq il-ħamsin sena mit-twaqqif tad-Dar”.





Strieħ fis-sliem Fredu.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI