Jiġu Mfakkra Lino Grech U Gemma Portelli Permezz Tal-Karattri ‘Pinu’ U ‘Ġoma’!

Ftit tas-sigħat ilu ittella’ ritratt minn Sean Mizzi li qanqal memorji nostalġiċi hekk kif fakkar lill-atturi mibkija Lino Grech u Gemma Portelli permezz tal-karattri popolari ta’ Pinu u Ġoma.

Pinu u Ġoma kienu fost il-karattri ewlenin fis-sensiela ‘F’Baħar Wieħed’, fejn Lino Grech interpreta lil Pinu l-Pastizzar, filwaqt li Ġemma Portelli kellha l-irwol ta’ martu, Ġoma. Is-sensiela kisbet suċċess kbir fost it-telespettaturi Maltin minħabba l-mod realistiku kif kienet turi l-ħajja tal-familji Maltin u l-isfidi soċjali ta’ dak iż-żmien.

Fil-post tiegħu, Sean tella’ deskrizzjoni tal-karattri ta’ Pinu u Ġoma, koppja li kienet magħrufa għall-imħabba tagħha lejn il-familja, il-ħidma u s-sagrifiċċji ta’ kuljum. Il-kitba tenfasizza wkoll fuq il-kburija tagħhom lejn binthom Mary u l-ferħ li ħassew meta rawha tikseb suċċess professjonali.

Lino Grech u Ġemma Portelli kienu żewġ artisti li ħallew marka importanti fix-xena kulturali Maltija. Permezz tat-talent u l-awtentiċità tagħhom, irnexxielhom jagħtu l-ħajja lil karattri li għadhom sal-lum jgħixu fil-memorja ta’ bosta Maltin.







Ritratti:

Fb/ Sean Mizzi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI