Il-Paġna it-Temp Madwarn itella’ din l-aħbar dwar it-temp mill-paġna tagħha.
“Jikber iċ-ċans li jkollna taqliba f’nofs il-ġimgħa d-dieħla. Roqgħa t’arja kiesħa magħrufa f’termini meteoroloġiċi bħala cold pool li ser tkun il-kawża tal-instabilità.”
Il-messaġġ ikompli hekk, “It-temperaturi se jinżlu b’madwar 5°C. Aktar dettalji f’aġġornament tat-temp li jingħata għada għall-ġimgħa kollha.”
Cold pool hija massa ta’ arja kiesħa li tinżel lejn l-art minħabba li hija iktar tqila mill-arja sħuna ta’ madwarha.
Din l-arja kiesħa normalment tiġi wara maltemp jew tifforma fiż-żona fejn hemm sħab kbir.
Meta l-cold pool tiltaqa’ ma’ arja iktar sħuna dan it-tibdil fl-atmosfera jista’ jwassal għal xita, maltemp, u saħansitra sajjetti.
Għalhekk, meta tmiss pajjiżna, inħossu niżla fit-temperatura u jżid iċ-ċans ta’ temp instabbli bħal xita f’daqqa jew riefnu.