Toby, Il-Kelb Ta’ Natasha Turner, Jagħlaq Sentejn Proprjament Illum! 

Illum huwa jum speċjali għal-kantanta Natasha Turner, hekk kif il-kelb tagħha Toby qed jiċċelebra għeluq is-sentejn tiegħu! 

Natasha xerrdet ritratt ħelu ta’ Toby fuq il-midja soċjali u ddedikatlu messaġġ semplici iżda mill-qalb. “Awguri f’għeluq is-sentejn tiegħek qalbi tiegħi Toby xxxx,” kitbet il-kantanta flimkien ma’ ritratt gustuż tiegħu.

Min għandu annimal domestiku jaf kemm dawn l-annimali malajr isiru parti importanti mill-familja u mill-kliem ta’ Natasha jidher ċar kemm Toby għandu post speċjali f’qalbha.

Aħna ningħaqdu magħha biex nawguraw lil Toby għeluq sninu mill-isbaħ u ħafna aktar snin mimlija mħabba, fsied u tgħanniq!

Ritratti:

Facebook/ Natasha Turner

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI