Membri tal-Korp tal-Pulizija, uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili u membri tal-komunità Pollakka f’Malta kienu fost dawk li fis-sigħat ta’ filgħodu nġabru fil-Kappella ta’ San Ġwann Bosco f’Tas-Sliema sabiex ifakkru l-memorja tat-tifla ta’ 13-il sena li nstabet bla ħajja fiċ-Ċirkewwa wara li sfat vittma tal-mewġ qalil.
Dawk li kienu preżenti għal din il-quddiesa kommemorattiva esprimew l-appoġġ tagħhom lejn il-ġenituri tat-tifla f’dan il-mumenti diffiċli.
Dettalji li ħarġu matul dawn l-aħħar jiem spjegaw kif it-tifla ta’ 13-il sena kienet qiegħda tgawdi btala f’pajjiżna meta filwaqt li kienet miexja ħdejn il-baħar fiċ-Ċirkewwa flimkien ma’ missierha u ħuha ta’ 17-il sena, sfar imkaxkra lejn il-baħar bil-qilla tal-mewġ. Xi jiem wara, t-tifla instabet sfortunatament bla ħajja wara operazzjoni mill-iżjed delikata.
Tistrieħ fis-sliem!
Facebook / Malta Public Eye