Jirnexxielha Tkun Parti Sabiħa Mill-Esperjenza Ta' Bosta Turisti Ġewwa Pajjiżna – Araw X'Għamlet Aktar Kmieni Fiona Cauchi!

Il-kantanta u attriċi Fiona Cauchi kulħadd jafha bħala persuna ferriħija u pożittiva. Rari li ma tarax dik it-tbissima mill-isbaħ fuq wiċċha. 

Fil-fatt għal darb’oħra Fiona tidher li qassmet kemm it-talent mill-aqwa tagħha kif ukoll is-sens ta’ pożittività li tant hi magħrufa għalih. “X”esperjenza mill-aqwa” – dan kien kliemha llum wara li ħejjiet xi siltiet għat-turisti li kantathom minn fuq dgħajsa bejn il-Belt Valletta u l-Kottonera. Dan fil-fatt kien proġett organizzat bl-aħjar mod minn Valletta Cultural Agency li għażlu lil Fiona biex tagħti sehmha. L-intenzjoni għal dan kienet ir-riġenerazzjoni tal-Belt.





It-tbissima fuq wiċċha tixhed il-gost u l-passjoni li għandha għall-mużika. Nifirħulha għal dan li għadha kif għamlet! Żgur li kompliet tagħmel unur lit-talent Malti.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI