Ftit jiem ilu ħarġet l-aħbar li fl-età ta' 71 sena ħalla din id-dinja Ċikku l-Markiż. Hu kien sar magħruf ma' bosta Maltin li xi darba f'ħajjithom iffrekwentaw il-parkeġġ ta' Wied iż-Żurrieq, u hemmhekk kellhom l-opportunità li jiltaqgħu mal-karattru ċajtier u simpatiku tiegħu.
L-aħbar ta' mewtu ħalliet lil eluf ta' Maltin imnikkta tant li fis-sigħat riċenti, persuna fuq il-midja soċjali ipproponiet li fil-parkeġġ ta' Wied iż-Żurrieq fejn tant qatta sigħat mill-ġranet ta' ħajtu Ċikku, għandha ssir xi xorta ta' tifkira sabiex tibqa' mfakkra għal dejjem il-memorja tiegħu.
B'reazzjoni għal din il-proposta, bosta kienu dawk li esprimew l-appoġġ tagħhom għal dan il-ħsieb tant nobbli.
Strieħ fis-sliem, Ċikku!
Facebook / Massimo Caruana u Reddit