“L-Imħabba Tiegħek Tinħass F’Kull Ġest, F’Kull Kelma, F’Kull Ħarsa” – Maria Formosa B’Dedikazzjoni Lin-Nanna Tagħha

Messaġġ mill-isbaħ mimli mħabba u gratitudni kien dak li qasmet Maria Formosa fuq il-mezzi soċjali fl-okkażjoni ta’ għeluq snin in-nanna tagħha. Permezz ta’ kitba qasira iżda tassew sinċiera, Maria esprimiet kemm in-nanna tagħha għandha post speċjali f’qalbha, filwaqt li fakkret kif l-imħabba tagħha tinħass anke fl-iċken affarijiet tal-ħajja ta’ kuljum.

"Happy Birthday Nannina tiegħi. Inħobbok immens," bdiet billi kitbet Maria. Hija kompliet b’dedikazzjoni li żgur ħafna jistgħu jirrelataw magħha, hekk kif tkellmet dwar dawk il-ġesti sempliċi li jagħmlu l-imħabba tan-nanniet tant speċjali. "L-imħabba tiegħek tinħass f’kull borma li ssajjar għalina, f’kull ġest, f’kull kelma, f’kull ħarsa. Grazzi Nannina tiegħi xxx."

Kliem li jfakkarna li l-imħabba mhux dejjem teħtieġ ġesti kbar biex tinħass, iżda ħafna drabi tinsab proprju f’dawk l-affarijiet żgħar li jsiru b’tant dedikazzjoni u mħabba. Messaġġ tassew ħelu li juri r-rabta sabiħa bejn Maria u n-nanna tagħha, u l-apprezzament lejn dak kollu li tagħmel għall-familja.

Minn naħa tagħna, ningħaqdu ma’ Maria biex nawguraw lin-nanna tagħha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha!

Ritratt:

Facebook / Maria Formosa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI