Jitħabbru L-Finalisti Tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2025 – Min Se Jkun Qed Jirbaħ It-Trofew Din Is-Sena?

Ftit tal-minuti ilu għadhom kif tħabbru l-20 kanzunetta finalista fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza ta’ din is-sena. Wieħed jista’ jara taħlita ta’ kantanti stabbiliti u wkoll ġodda, kif ukoll dawk li bil-mod qed jistabilixxu ruħhom fix-xena lokali.





20 kanzunetta li se jkunu qed jissieltu biex fit-13 ta’ Settembru f’Dar il-Mediterran jgħollu t-trofew ta’ din is-sena. L-edizzjoni tas-sena li għaddiet rat lil Karei tirbaħ l-edizzjoni tal-2024 bis-silta mimlija emozzjonijiet Nistħajlek Hawn, kanzunetta li hi ddedikat lill-għażiża nanna tagħha. Il-kanzunetta kellha kompożizzjoni ta’ Mro Mark Spiteri Lucas u lirika ta’ Paul Ellul.



F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lill-kantanti, kompożituri u awturi kollha li se jkunu qed jieħdu sehem f’dan il-konkors. Ninsabu ħerqana sabiex nisimgħu l-kanzunetti, kanzunetti li se jkomplu jidħlu fil-librerija ta’ mużika Maltija. Sabiħ li naraw aktar kanzunetti jieħdu l-ħajja sabiex inkabbru dan il-patrimonju lokali.

Awguri mill-qalb!

Facebook / Konkors Kanzunetta Indipendenza

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI