Jitħabbru Tijiriet Minn Malta Għall-Iżrael, Lisbona U Parma

Jidher li ser ikunu qed isiru titjiriet minn Malta għall-Iżrael, Lisbona u Parma għal din is-sena. Il-kumpanija li ser tkun qed topera dawn it-titjiriet hi MaltaAir ta’ Ryanair, li jidher li ħa jkunu skedati għax-xitwa ta’ din is-sena.

Is-CEO tal-kumpanija DavidO’Brien, jgħid li dawn is-servizzi ser jiġu offruti għall-istaġun xitwi, u t-titjiriet għal dawn it-tliet postijiet ser jiżdiedu mal-lista tax-xitwa 2021. O’Brein jgħid li hu mistenni li jkun hemm mal-154 vjaġġ f’din l-istess skeda, fost 62 rotta.

Is-servizzi l-ġodda se joperaw darbtejn fil-ġimgħa minn Novembru li ġej. Il-kumpanija Ryanair nediet bejgħ ta’ biljetti orħos li jibdew minn €19.99 biss sal-aħħar ta’ Marzu 2022. Wieħed jista’ jibbukkja titjira sa nofsillejl tal-14 ta’ Awwissu fuq is-sit uffiċjali. Il-kumpanija MaltaAir ħabbaret ukoll servizzi ġodda għal Eindhoven, Bukarest, Kjev, Lordes, Milan Malpensa, Paphos, Tallin, Varsavja u Żagreb.





Facebook/ Ian Borg



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI