F’avviż li tella’ fuq il-midja soċjali, mit-tifel ta' Ryan Spiteri, ġie mħabbar li l-aħħar tislima tiegħu se tingħata nhar is-Sibt, fil-Knisja tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar, b’quddiesa tal-funeral li tibda fit-8:30 ta’ filgħodu.
Il-familja qed titlob lil dawk kollha li se jattendu sabiex, jekk ikun possibbli, jilbsu ħwejjeġ ta’ kulur ċar, bħala sinjal ta’ mħabba, rispett u tifkira għal Ryan. Kull min jaf lil Ryan, jaf kemm kien persuna kkulurit u dejjem kien jirnexxielu jqajjem briju kull fejn ikun.
Ryan Spiteri kien figura magħrufa fix-xena tad-divertiment Maltija, b’karriera twila bħala DJ u preżentatur tar-radju. Wara l-aħbar tal-mewt tiegħu, bosta persuni mill-industrija tad-divertiment, kif ukoll membri tal-pubbliku, sellmu l-memorja tiegħu b’messaġġi emozzjonanti u ta’ ringrazzjament għall-ferħ li xerred matul is-snin.
Facebook / Ryan Spiteri