Festivals Malta, permezz tat-tim organizzattiv tal-Karnival, iħabbar ir-riżultati li jidhru hawn taħt, relatati mal-konkorsi kompetittivi tal-Karnival 2021. Din is-sena l-kompetizzjoni kienet kemxejn differenti mis-soltu iżda dawk li għandhom tant għal qalbhom il-karnival xorta kellhom ċ-ċans li jesperjenzawh b’differenza.
Festivals Malta tixtieq tirringrazzja lill-parteċipanti, lill-kollaboraturi, lill-membri tal-ġurija u lil kull min b’xi mod ta sehem f’din l-edizzjoni speċjali tal-Karnival ta’ din is-sena. Ir-riżultati huma dawn:
KONKORS – Stallazzjonijiet Artistiċi
L-Ewwel Premju: ‘X’Ferħa Ħadu l-Maltin Meta l-Pirati Daħlu bil-Vaċċin’ ta’ Alvin Livori u Clint Zammit – Dreamteam Carnival Company

It-Tieni Premju: ‘Gidma Frankajtlek u bil-Ganċ Salvajtek’ ta’ Charlie Briffa – Tal-Banda Carnival Company

It-Tielet Premju: ‘Minn Sajda Tradizzjonali, Qbadna Lampuka Fenomenali’ ta’ Shaun u Tyrone Curmi – Buffalo Carnival Company

KONKORS – Kostumi Kategorija ‘A’
L-Ewwel Premju: Chris u Marvic Aquilina – Tad-Deheb Carnival Company in collaboration with Continental Cars Ltd

It-Tieni Premju: Manuel Pace u Stephania Gellel – Putullu and Stephania Gellel Carnival Company

It-Tielet Premju: Raymond Mallia, Mark Mallia u Clint Chircop – Titti Carnival Company

KONKORS – Kostumi Kategorija ’B’
L-Ewwel Premju: Christian Caruana – Shake Dancers
It-Tieni Premju: Tiziana Grech u Nicole Cutajar – The Dancing Angels

KONKORS – Kostumi Kategorija “D”
L-Ewwel Premju: Malcolm Bezzina u Joanne Zammit – MJ Carnival Troupe

KONKORS – Kostumi Kategorija “C” tat-Tfal
L-Ewwel Premju: Gabriella Stagno Piscopo – Tarxien Lookstar Dancers

It-Tieni Premju: Anthea u Robert Caruana – Żejtun Carnival Team

It-Tielet Premju: Heidi Camilleri u Alan Bianco Galea – Little Angels

Festivals Malta iħabbar li l-Karnival ta’ Malta 2022 se jiġi ċċelebrat bejn il-Gimgħa 25 ta’ Frar u t-Tlieta 1 ta’ Marzu, 2022.
Sebio Aquilina
