Jitlesta Xogħol Fuq It-Tieni Fażi Ta’ Wied Inċita – Spazju Miftuħ Ta’ Madwar 27,000 Metru Kwadru!

Il-Ministru Miriam Dalli ħabbret li tlestiet it-tieni fażi tal-proġett ta’ Wied Inċita, f’Ħ’Attard, li permezz tagħha żdied l-ispazju miftuħ disponibbli għall-pubbliku. Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, il-Ministru spjegat li din il-fażi tinkludi estensjoni ta’ 7,000 metru kwadru, biex b’hekk Wied Inċita issa jkopri medda totali ta’ madwar 27,000 metru kwadru.

Biex tagħti idea tad-daqs ta’ dan l-ispazju, Miriam Dalli spjegat li l-medda hija ekwivalenti għal madwar erba’ grawnds tal-futbol. "Wara Ħal-Lija u Baħar iċ-Ċagħaq, issa f’Ħ’Attard," kitbet il-Ministru, filwaqt li rreferiet għal proġetti oħra ta’ spazji miftuħa li saru f’lokalitajiet differenti.

Il-proġett ta’ Wied Inċita għandu l-għan li jipprovdi aktar spazju fejn il-pubbliku jista’ jqatta’ l-ħin fil-beraħ, igawdi l-ambjent naturali u jqatta’ mumenti ta’ mistrieħ mal-familja. "Spazju miftuħ ieħor fejn jistgħu jgawdu l-familji Maltin u Għawdxin kollha," temmet tgħid il-Ministru Miriam Dalli.

Din l-estensjoni tkompli żżid il-medda ta’ spazju miftuħ f’Wied Inċita, li issa laħqet madwar 27,000 metru kwadru għall-użu u t-tgawdija tal-pubbliku.

Ritratt:

Facebook / Miriam Dalli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI