Brillanti Juniors Jidħol Fir-Raba’ Ġimgħa Tiegħu – Aktar Talent, Emozzjonijiet U Sorpriżi!

Il-programm popolari Brillanti Juniors 2026 jidħol fir-raba’ ġimgħa tiegħu, hekk kif mijiet ta’ tfal u żgħażagħ qed ikomplu jaslu fit-Teatru ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi bit-tama li jimpressjonaw lill-ġurija u jiksbu ċ-ċans li jirbħu premju ta’ €12,000 għall-iżvilupp tat-talent tagħhom fil-kant.

Ġimgħa wara ġimgħa, it-telespettaturi qed ikollhom l-opportunità jsegwu talenti żgħar minn Malta, Għawdex u lil hinn minn xtutna, li mhux biss qed juru l-kapaċitajiet vokali tagħhom, iżda qed jirbħu wkoll il-qlub tal-pubbliku bil-ħlewwa, il-personalità u l-kariżma tagħhom.

Parti importanti mill-programm hija l-ġurija, magħmula mill-kantant Matt Blxck, Miriana Conte u Dianne Pilkington, kantanta magħrufa għall-karriera tagħha fit-teatru mużikali tal-West End f’Londra. It-tliet membri tal-ġurija qed iġibu magħhom esperjenzi differenti mix-xena mużikali u teatrali, filwaqt li jagħtu l-kummenti u l-evalwazzjonijiet tagħhom lill-parteċipanti żgħar b’mod pożittiv u rispettabbli.

Il-programm, ippreżentat minn Joseph Chetcuti, ikompli joffri taħlita ta’ emozzjonijiet, mumenti ħelwin u wirjiet mużikali, hekk kif it-tfittxija għal talenti ġodda tkompli. Min se jirnexxilu jimpressjona lill-ġurija din il-ġimgħa u jagħmel pass ieħor lejn il-premju finali?

Brillanti Juniors 2026 ikompli għada il-Ħamis fit-20:30 fuq ONE.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI