Sena ilu sfortunatament tħabbret il-mewt tas-supretendent tal-Pulizija Jesmond Borg. Bosta kienu li sellmu l-memorja tiegħu fosthom l-għażiż ħuh li kitiblu messsaġġ mill-isbaħ flimkien mal-kanzunetta emozzjonali kantata minn Lon Kirkop, iddedikata għalih.
“Bħal-lum sena kienet l-agħar ġurnata ta’ ħajjitna… bħal-lum sena rajtek tiegħu l-aħħar nifs, bħal-lum sena tajtek l-aħħar bewsa, bħal-lum sena rajtek tistrieħ, bħal-lum sena kellimtek ġa widnejk għall- aħħar darba, kienet l-aħħar tgħanniqa mill-qalb li stajt intik… Illum niċċelebraw quddies għalik fl-istess post li ċċelebrajna quddies ta’ kuraġġ qabel bdejt it-triq l-iebsa… Naf kemm kont tħobb id-diski u llum iddedikajnielek diska għalik, tiegħek bi kliem reali ta’ idolu tiegħi u ta’ ħafna…”
Ħu Jesmond jirringrazzja lil Lon Kirkop talli kanta din il-kanzunetta li tant tfisser għalihom, lil Fr Raymond Bonnici, ju lill-preżentatur Ivan Gaffiero tal-appaġġ tiegħu permezz tal-programm tar-radju.
Strieħ fis-sliem Jesmond.