Is-sit Times of Malta rrapporta li sid ta’ ristorant Richard Mangion, ħareġ b’menu għall-klieb. Menu varjat li jinkludi ikel ġenwin li jintgħoġob mill-bniedem ukoll.
Is-sit jiddiskrivi l-ikel f’dan il-menu bħala simili għal dak l-ikel li jieklu n-nies umani. Il-klijenti jistgħu jagħżlu bejn tiġieġ, pitravi u anke oats għall-prezz ta’ €3.50 jew fenek imdawwar bir-ross ismar u l-piżelli għal €3.90.
Is-sid ta’ The Compass Lounge qed joffri għażla vasta ta’ ħut u anke ċanga, li minnha jsajru anke burgers. Mhux l-ewwel darba li kien hemm ristoranti li jagħtu xi bawl bl-ilma lill-klieb domestiċi jew xi ħaġa żgħira tal-ikel, iżda menu apposta għalihom, is-sit jirrapporta li dan ir-ristorant hu wieħed mill-ftit.
Is-sid jgħid mas-sit Times of Malta li kien ispirat minn idea simili f’ristoranti li żar mal-klieb domestiċi tiegħu Cooper u Sushi, iżda ħaseb li seta’ joħloq ikliet aktar b’saħħithom u msajra friski.
Wara li ttestja d-dieta fuq il-klieb tiegħu stess, American Pocket Bully, huwa estenda l-menu għall-klijenti ta’ b’erba’ saqajn aktar kmieni dan ix-xahar. X’taħsbu dwar din l-idea?
Facebook/ Maltese Passion