L-atturi Nakita Grima u Evelyn Saliba La Rosa qasmu appell dwar kelb li milli jidher jinsab barra mid-dar. Il-kelb huwa nieqes mid-dawl, u jeħtieġu l-għajnuna u l-kontribut ta’ kulħadd biex jinstab kemm jista’ jkun malajr.
Nakita tikteb, “Ping huwa nieqes mid-dawl u ilu mitluf għal aktar minn 12-il siegħa issa. Għadna qed infittxuh matul il-lejl. Jekk tarawh jekk jogħġobkom ippruvaw ibqgħu miegħu u ċemplu fuq 9900 2602 jew fuq in-numri mogħtija hawn taħt. Ma jigdimx, Ping huwa dħuli ħafna. Imma aħna ċerti li huwa tant imbeżża’. L-aħħar darba li deher kien fl-inħawi tar-Rabat/Żebbuġ/Buskett.”
Evelyn tikteb, “Ping, kelb tar-razza Sharpei, kannella ċar, ħarab mid-dar ir-Rabat bla mistenni. Jekk tarah fir-Rabat, jekk jogħġbok ibgħatli messaġġ privat!! Grazzi ħafna!”