Joey – Kelb Ta’ 8 Snin Li Għadu Ma Jistax Isib Id-Dar Dejjiema Tiegħu

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Innocent Paws – Maria D’Amato qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn dwar Joey, kelb ta’ 8 snin li għadu ma sabx xortih f’dar perfetta għalih. Huma qalu, “għalfejn klieb adulti u dawk xjuħ ibatu tant biex isibu dar? Għalfejn wara dak kollu li għaddew minnu jridu jibqgħu jiġġieldu għat-tieni ċans?”

Żiedu jgħidu li Joey huwa kelb ħelu immens li għandu 8 snin. Qalu li ma jridx wisq, ħlief imħabba, kumdita, ikel tajjeb u familja li fl-aħħar jista’ jseħilha tiegħu. Mhux jistaqsi għall-affarijiet kbar, imma xorta waħda ma jridu ħadd.

Jekk hawn xi ħadd jista’ u lest li joffri d-dar dejjiema lil Joey li verament jixraqlu, għandhom jagħmlu kuntatt permezz tal-istess paġna.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI