Joseph Calleja bi erba’ kelmiet u sempliċiment share għadda l-messaġġ tiegħu. Hu qasam fuq il-profil privat tiegħu ta’ Facebook il-petizzjoni li qed issir fuq Avaaz.org bl-isem ta’ Malta Transport Minister Ian Borg: Save the Trees of Rabat Road.
Ritratt: Facebook / Joseph Calleja
L-unika kliem li kiteb Joseph Calleja kienu: “This is a must...” u jidher biċ-ċar li hemm bosta li jaqblu miegħu hekk kif din il-petizzjoni diġà għandha aktar minn 6,000 firma. Wieħed jista’ jidħol jara u jiffirma l-petizzjoni billi jafgħas HAWN.
Jidher li dil-kwistjoni qed tqajjem interess hekk kif numru ta’ ambjentalisti u oħrajn li ma jaqblux li jitqaċċtu dawn is-siġar ħa jkunu qed jorganizzaw protesta nhar il-Ħadd, 28 ta’ Lulju billi jintrabtu mas-siġar. 549 hu mifhum li ser jitqaċċtu.

Ritratt: Facebook / Trevor Zahra
L-awtur Trevor Zahra ukoll tkellem dwar dan il-proġett u qal: “Il-fatt li jitħawlu siġar ġodda, ma jiġġustifikax li jitqaċċtu siġar daqstant qodma ... bħalma l-fatt li jitwieldu trabi ġodda ma jfissirx li għandek toqtol lix-xjuħ!”
Waħda minn dawk attivista u ta’ spiss tixħet dwar kwistjonijiet ambjentali hija Alexandra Alden. Hu sabiħ li wieħed jara numru ta’ artisti u influencers li jużaw il-popolarità tagħhom sabiex ikunu leħen għall-kwistjonijiet bħal dawn.
Facebook / For Our Trees