Josline Camilleri Taqsam Mument Personali Li Juri Kemm Kull Ħaġa Għandha L-Ħin Tagħha

Kultant ikun hemm affarijiet li nħallu warajna, mhux għax insejnihom, iżda għax f’dak il-mument inkunu għadna ma nistgħux naffaċċjawhom.

Josline Camilleri qasmet, filmat fuq il-midja soċjali li fih fetħet qalbha dwar mument importanti li għaddiet minnu. Wara sentejn li lanqas setgħet toqgħod hemm għal minuta, reġgħet marret f’post li jġorr miegħu ħafna memorji.

Flimkien mal-“għajnuna ċkejkna” tagħha, li riedu minn qalbhom jgħinu lil zijithom, Josline fl-aħħar sabet il-kuraġġ biex tneħħi l-affarijiet li kienet ħalliet warajha sentejn ilu.

Kien proprju dak iż-żmien li kienet iddeċidiet li ma tiflaħx aktar u għalqet kapitlu importanti f’ħajjitha, dak tal-artiġjanat, flimkien ma’ dak kollu li kellha dak iż-żmien.

Issa, sentejn wara, sabet ruħha tħares lejn il-passat u tgħaddi minnu. Għaliha, kollox għandu l-ħin tiegħu, u forsi issa kien wasal iż-żmien it-tajjeb.

Messaġġ li jista’ jolqot lil ħafna: jekk hemm xi ħaġa li ilek twarrab, forsi issa wasal iż-żmien tiegħek ukoll!

Ritratti:

Facebook/Josline Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI