Tindif U Manutenzjoni Ta’ Ġibjuni Qabel L-Ewwel Xita Fil-Gżejjer Maltin

xoghlijiet pubbliċi

Fuq il-paġna uffiċjali Is-Servizz Pubbliku ġew imxerrda ritratti li juru l-ħidma li ssir f'diversi sitwazzjonijiet mit-tim tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Din id-darba kellhom biċċa xogħol qabel kellna l-ewwel xita fil-gżejjer Maltin.

Is-Servizz Pubbliku jikteb, "Qabel l-ewwel xita sar tindif u manutenzjoni ta’ ġibjuni u soakaway mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi sabiex l-ilma tax-xita jkun jista’ jinġabar ġo fihom."

Fir-ritratti li xerrdu jidhru l-ħaddiema għaddejjin bl-imsemmija manutenzjoni, u tista' tara biċ-ċar id-differenza bejn kif kienet qabel u kif inhi issa ż-żona.

Prosit u Grazzi lil dawk kollha involuti!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI