Josline u Marvic, żewġ uċuħ popolari li f’dawn l-aħħar xhur kisbu suċċess, se jingħaqdu għall-ewwel darba fuq Net TV b’programm tas-sajf b’togħma kompletament lokali. Kull nhar ta’ Erbgħa filgħaxija, se jieħdu lit-telespettaturi f’vjaġġ minn pjazez għal xatt, minn ikliet man-nies għal stejjer minn qalb ir-raħal. Il-programm juri dak kollu li jagħmilna Maltin – tradizzjonijiet, arkitettura, u karattru – b’laqta umoristika u spontanja li ż-żewġ preżentaturi huma magħrufa għaliha. Il-produzzjoni, magħmula b’assistenza ta’ Gail Mallia u l-crew ta’ Net TV, se ddur kemm Malta kif ukoll Għawdex biex tinħoloq esperjenza ħajja u awtentika.
Ritratti: Net Television