“Julian Fenech Minn Ħal Lija Dalgħodu Ngħata L-Premju Papa Ġwanni XXIII Għat-Tjubija” – Evarist Bartolo

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Evarist Bartolo qasam mas-segwaċi tiegħu kelmtejn rigward tifel li llum ingħata l-premju Papa Ġwanni XXIII għat-tjubija.

Hu qal, “Julian Fenech minn Ħal Lija dalgħodu ngħata l-Premju Papa Ġwanni XXIII għat-Tjubija: Julian qaleb għall-Ingliż lit-tifel Indjan ta’ ħdejh, Juan, biex ikun jista’ jifhem ir-reċta bil-Malti u jidħak mat-tfal l-oħra.  Ġab iżżejjed affarijiet mid-dar biex jagħtihom lil min ma kellux u hekk seta’ jagħmel ukoll l-esperimenti fil-klassi.”

Żied jgħid, “F’xogħol ta’ grupp jgħin lit-tfal bi bżonnijiet speċjali u jispjegalhom fejn ma jifhmux.  Waqt il-brejk iċedi postu biex ma jinqalax ġlied waqt xi logħba ballun. Jekk idejqu xi ħadd jara kif jirranġa miegħu. Fid-diskors tiegħu Patri Dijonisju Mintoff, li ħoloq il-premju, qal li f’dinja ta’ vendetti, il-maħfra tidher ġennata, imma hi biss li tfejjaq u ġġib il-paċi.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI