Ġurnata speċjali għas-Sindku tal-Imġarr, Paul Vella, hekk kif illum qed jiċċelebra għeluq sninu. F’din l-okkażjoni, il-Kunsill Lokali tal-Imġarr qasam messaġġ qasir iżda mill-qalb biex jawguralu f’dan il-jum. “Illum imiss li nagħtu l-awguri tagħna lis-Sindku, Paul Vella, f’għeluq sninu. Awguri u xewqat sbieħ,” kiteb il-Kunsill fuq il-mezzi soċjali tiegħu.
Żgur li mal-awguri tal-Kunsill jingħaqdu wkoll dawk ta’ bosta residenti tal-Imġarr u persuni li jaħdmu mas-Sindku fil-ħidma tiegħu favur il-lokalità. Minn Gwida.mt, nawguraw lil Paul Vella l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu u sena mimlija saħħa, kuntentizza u aktar ħidma b’risq il-komunità Mġarrija.
Awguri mill-qalb f'dan il-jum għażiż!
Facebook / Paul Vella