Illum l-Imtarfa tista’ tgħid li żiedet jum storiku ieħor fil-kalendarju tagħha għaliex bdew jitwaħħlu lura l-uċuh tal-arloġġ wara r-restawr estensiv. Iva ngħidu hekk għaliex aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed nindunaw kemm huwa ta’ valur il-wirt għażiż li għandna.
Dan ir-restawr estensiv sar mill-Kunsill Lokali mmexxi mis-Sindku Daniel Attard bil-għajnuna tal-fondi ERDF.
Dan it-Torri tal-arloġġ huwa wirt tal-era kolonjali f’Malta u t-tokki sbieħ tiegħu jinstemgu mir-Rabat u l-Imdina. Jekk m’għandniex riżorsi naturali fl-abbundanza bħal pajjiż oħra, żgur li fir-rigward tal-wirt, ninsabu minn ta’ quddiem!
Prosit lill-Kunsill Lokali Mtarfa ta’ din l-inizjattiva!
Ritratt: Mtarfa Local Council/ Terence Grech