Jumejn Ta' Ċelebrazzjoni Għall-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona – X'Qed Jiċċelebra Llum U Għada?

L-Arċidjoċesi ta’ Malta dalgħodu kmieni ħabbret li llum l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona qed jiċċelebra għeluq sninu. Proprju llum hu jagħlaq 75 sena u l-għada ta’ għeluq sninu l-Arċisqof Emeritu kellu ċelebrazzjoni oħra.

L-Arċidjoċesi qalet, “Illum, l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona jagħlaq 75 sena u għada nfakkru l-14-il sena mill-ordinazzjoni episkopali tiegħu. Nitolbu għalih f’dawn il-ġranet tant speċjali u nirringrazzjawh għas-snin ta’ ħidma bħala Arċisqof ta’ Malta!”

Aħna f’isem Gwida.mt, nawgurawlu għal dawn il-jumejn tassew speċjali għalih u għall-famila eżtiża tiegħu. Hawn ħafna nies li jħobbuh u u għadhom jirrispettawh. Ninsabu ċerti li f’dawn il-jumejn speċjali ħa jkun qed jirċievi ħafna u ħafna talb. Awguri!





Facebook / Carmelo Mizzi



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI