Każijiet Ta' Kanċer Tal-Ġilda Żdiedu B'42% Dis-Sena – Esperti Jgħidu Li N-Nies Qed Joqogħdu Wisq Fix-Xemx!

Malta għadha kif irrikordjat żieda ta’ 42% fejn jidħlu każijiet ta’ kanċer tal-ġilda matul dawn l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, skont is-sit CDE News.

Dan hekk kif filwaqt li minn Jannar ‘l hawn feġġew 819-il każ ta’ kanċer tal-ġilda, s-sena l-oħra kien hemm biss 576 każ matul l-istess perjodu.

L-esperti qed jatribwixxu ż-żieda ta’ dawn il-każijiet f’nuqqas ta’ protezzjoni mix-xemx min-naħa tal-pubbliku. Dan hekk kif ħafna qed jesponu rwieħhom għax-xemx meta din tkun fil-qawwa tagħha mingħajr ukoll ma jużaw l-ebda protezzjoni kontra x-xemx.

Ritratti: Stock Cake u Newmarket Holidays







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI