Kanzunetta Satirika Ta' Serataron Tagħti Kuraġġ Mara Li Bħalissa Qed Tieħu L-Chemo

Xi kultant ma tindunax li b’ġebla waħda tkun qed tolqot żewġ għasafar u hekk ġralhom ir-Ronnies fil-programm ta’ Serataron li xxandar il-Ġimgħa l-oħra. Fil-programm, ir-Ronnies għamlu kanzunetta ddedikata lil Doris, Youtuber li tagħmel ir-riċetti tagħha online fuq iċ-channel Doris&Joel’s kitchen. Biss kien hemm telespettatriċi li ħasset il-lirika kienu joqgħodu għalija wkoll. 

Din it-telespettatriċi bħalissa għaddeja bil-kimoterapija u xħin semgħet l-isem Doris assoċjat il-kanzunetta magħha, peress li jisimha l-istess. Fil-kanzunetta, r-Ronnies jitkellmu fuq kemm Doris taf issajjar u kemm ma jixtiqux li din tieqaf issajjar, anzi jħeġġuha biex tkompli u jidher li din it-telespettraċi dawn il-kliem għamlu aktar sens minn sempliċi satira, anzi għamluha kuraġġ kbir. 

Din Doris qalet, “Bikkewni, bħalissa vera għandi bżonnha għax qed nieħu l-chemo. Il-kanzunetta vera toqgħod! Proset”. 

Proset Ronnies! Narawkom illejla fuq TVM għall-programm ieħor!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI