Hemm ħbiberiji li jgħaddu kemm jgħaddu snin fuqhom jibqgħu jissaħħu, Ma jixjieħux. U ma jintilfux maż-żmien. Anzi, jikbru u jsiru parti mill-istorja personali tagħna.
Ryan u Josmar qasmu messaġġ tassew ħelu u mimli nostalġija hekk kif iċċelebraw għeluq it-38 sena ta’ persuna għal qalbhom ferm, il-kantanta u preżentatriċi Claudia Faniello. “Kbirna flimkien… Ilna nafuk ‘il fuq minn 22 sena. Illum għalaqt 38. Kif tar iż-żmien?”
Sentenza li tfakkrek kemm iż-żmien jgħaddi bla ma tinduna. Aktar minn żewġ deċennji ta’ memorji, daħk, mumenti sbieħ u oħrajn ta’ sfida, imma dejjem flimkien.
B’dik il-ħlewwa tipika ta’ min jaf lil xi ħadd minn dejjem, ma naqsux milli jfakkru wkoll f’aneddotu divertenti, “Meta kont iżgħar kont tidher akbar u l-iskola kienu jaħsbuk għalliema mhux studenta, imma illum tidher iżgħar.”
Dik il-battuta li turi kemm hemm intimità u affezzjoni vera bejnietkom. Il-messaġġ jagħlaq b’xewqat mill-qalb, ħafna saħħa, mħabba u “ħafna mużika sabiħa”, dettall li jgħid ħafna dwar il-personalità u l-passjonijiet tagħha. U naturalment, ma setax jonqos il-kliem li jgħid kollox, “Inħobbuk ħawħa.”
Għax fl-aħħar mill-aħħar, l-isbaħ rigal f’għeluq snin mhux il-kejk jew in-numru… imma n-nies li jibqgħu ħdejk tul is-snin.
Facebook / Claudia Faniello